Rikors ippreżentat fit-3 ta' Diċembru 2010 - riha Richard Hartinger Getränke vs UASI - Lidl Stiftung (VITAL&FIT)
(Kawża T-552/10)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: riha Richard Hartinger Getränke GmbH & Co. Handels-KG (Rinteln, il-Ġermanja) (rappreżentanti: P. Goldenbaum, T. Melchert u I. Rohr, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Lidl Stiftung & Co. KG (Neckarsulm, il-Ġermanja)
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-5 ta' Ottubru 2010, fil-Każ R 1229/2009-4;
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti.
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali "VITAL & FIT", għal prodotti fil-klassi 32.
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Lidl Stiftung & Co. KG.
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ħames drittijiet preċedenti, fosthom it-trade mark verbali nazzjonali "VITAFIT", għal prodotti fil-klassi 32.
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa.
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud.
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009
1, sa fejn ma hemmx xebh li joħloq probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti, kif ukoll ksur tar-regoli proċedurali sa fejn il-Bord tal-Appell ma eżaminax huwa stess l-allegat xebh fonetiku bejn it-trade marks, sa fejn il-Bord tal-Appell ma ħax inkunsiderazzjoni, u lanqas ma evalwa, id-deċiżjonijiet tal-Uffiċċju u tal-Qorti Ġenerali li fuqhom ibbażaw ruħhom il-partijiet u sa fejn il-Bord tal-Appell ma speċifikax jekk kienx qiegħed jikkunsidra biss is-suq Ġermaniż u l-perċezzjoni tiegħu.
____________1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).