Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ Ġunju 2011 – AD vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-46/10) 1

(Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: AD (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: E. Boigelot, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jingħatax l-allowance tad-dar peress li r-rikorrent u s-sieħeb tiegħu għandhom aċċess għal żwieġ ċivili fi Stat Membru.

Dispożittiv

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż kollha.

____________

1 ĠU C 246, 11.09.2010, p. 41.