Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sofiyski rayonen sad (il-Bulgarija) fil-11 ta’ Lulju 2023 – “Profi Credit Bulgaria” EOOD, “Agentsia za sabirane na vzemania” EAD, “City Cash” OOD

(Kawża C-425/23, Profi Credit Bulgaria et)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Sofiyski rayonen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: “Profi Credit Bulgaria” EOOD, “Agentsia za sabirane na vzemania” EAD, “City Cash” OOD

Domandi preliminari

L-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur 1 jipprekludu prassi ġudizzjarja nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li permezz tagħha l-qorti li toħroġ ordni ta’ ħlas fir-rigward biss ta’ parti mill-krediti dovuti taħt kuntratt ta’ kreditu ma tistax teżiġi li l-kreditur jindika l-ammont tal-parti mid-diversi rimborsi skedati mitluba mingħand il-konsumatur u hija meħtieġa, anki fl-assenza ta’ din l-informazzjoni, toħroġ ordni fir-rigward tal-parti mill-krediti li jkunu ntalbu mill-kreditur bħala ammont globali?

L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13, ikkunsidrat flimkien mal-prinċipju ta’ effettività tad-dritt tal-Unjoni u mal-Artikolu 19(1) tat-Trattat UE, għandu jiġi interpretat fis-sens li istruzzjonijiet dwar l-għoti ta’ deċiżjoni dwar il-mertu tal-kawża, li jistgħu eventwalment imorru kontra d-dritt tal-Unjoni u li jorbtu lil qorti ta’ livell inferjuri twettaq ir-rieda ta’ qorti ta’ livell superjuri, u dan mhux billi tagħti deċiżjoni formali li tirreferi għal dik tal-qorti ta’ livell superjuri iżda billi tadotta deċiżjoni f’isem il-kulleġġ ġudikanti tal-qorti ta’ livell inferjuri, jorbtu lill-qorti ta’ livell inferjuri u ma jippreġudikawx l-indipendenza tagħha kif tirriżulta mill-konvinzjoni soda tagħha fir-rigward ta’ jekk għandhiex tiġi applikata jew le dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni?

____________

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288, rettifika fil-ĠU 2023, L 17, p. 100.