Language of document : ECLI:EU:T:2008:21





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tat-30 ta’ Jannar 2008 – Il-Kummissjoni vs Environmental Management Consultants

(Kawża T-46/05)

“Klawżola ta’ arbitraġġ – Rimbors ta’ somom imħallsa – Interessi moratorji – Proċedura fil-kontumaċja”

1.                     Proċedura – Kawża mressqa quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza abbażi ta’ klawżola ta’ arbitraġġ (Artikolu 238 KE) (ara l-punti 29-34, 41-50)

Suġġett

Rikors ippreżentat mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 238 KE bl-għan li jinkiseb ir-rimbors ta’ l-ammont ta’ EUR 31 965.28 li hija ħallset fil-kuntest ta’ l-eżekuzzjoni tal-kuntratt IC18-CT98-0273, flimkien ma’ l-imgħaxijiet legali.

Dispożittiv

1)

Environmental Management Consultants Ltd hija kkundannata tirrimborsa lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej is-somma ta’ EUR 31 965.28, flimkien ma’ l-imgħaxijiet:

– bir-rata ta’ 9.26 % fis-sena mill-1 sal-31 ta’ Awwissu 2001;

– bir-rata ta’ 8.62 % fis-sena mill-1 ta’ Settembru sal-31 ta’ Diċembru 2001;

– bir-rata ta’ 10.57 % fis-sena mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ Ġunju 2002;

– bir-rata ta’ 10.47 % fis-sena mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Diċembru 2002;

– bir-rata ta’ 9.97 % fis-sena mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ Ġunju 2003;

– bir-rata ta’ 9.22 % fis-sena mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Diċembru 2003;

– bir-rata ta’ 9.14 % fis-sena mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ Ġunju 2004;

– bir-rata ta’ 9.13 % fis-sena mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Diċembru 2004;

– bir-rata ta’ 9.21 % fis-sena mill-1 ta’ Jannar sal- 31 ta’ Jannar 2005;

– bir-rata legali, ikkalkulata skond l-Artikolu 288 tal-Bürgerliches Gesetzbuch (Kodiċi Ċivili Ġermaniż), mingħajr ma din ir-rata taqbeż 9.21 %, mill-1 ta’ Frar 2005 sal-ħlas kollu tad-dejn.

2)

Environmental Management Consultants hija kkundannata għall-ispejjeż.