Language of document : ECLI:EU:T:2012:523





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-5 ta’ Ottubru 2012 – Lancôme vs UASI – Focus Magazin Verlag (COLOR FOCUS)

(Kawża T‑204/10)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja verbali COLOR FOCUS — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti FOCUS — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tat-trade marks — Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti — Abbuż ta’ dritt”

1.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni –– Kriterji (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 21, 22, 37, 54)

2.                     Trade mark Komunitarja — Ċessjoni, revoka u invalidità — Raġunijiet relattivi ta’ invalidità — Eżistenza ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Trade marks verbali COLOR FOCUS u FOCUS (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 8(1)(b) u 53(1)(a)) (ara l-punti 24, 25, 36, 55)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Koeżistenza ta’ trade marks preċedenti fis-suq — Rilevanza (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))(ara punt 46)

4.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Projbizzjoni ta’ abbuż ta’ dritt (ara l-punti 59, 60)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-11 ta’ Frar 2011 (Każ R 238/2009‑2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Focus Magazin Verlag GmbH u Lancôme parfums et beauté & Cie.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Lancôme parfums et beauté & Cie hija kkundannata għall-ispejjeż.