Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta' Novembru 2010 - RWE Transgas vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-381/09) 1

("Rikors għal annullament - Suq intern fil-gass naturali - Artikolu 22 tad-Direttiva 2003/55/KE - Ittra tal-Kummissjoni li titlob lil awtorità regolatorja tibdel id-deċiżjoni tagħha rigward l-għoti ta' eżenzjoni - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà")

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: RWE Transgas a.s. (Praga, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentanti: inizjalment minn W. Deselaers, D. Seeliger u S. Einhaus, sussegwentement minn W. Deselaers, D. Seeliger, S. Einhaus u T. Weck, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Wilms, O. Beynet u B. Schima, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentant: M. Smolek, aġent)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li allegatament tinsab fl-ittra tal-Kummissjoni tat-12 ta' Ġunju 2009, indirizzata lill-Bundesnetzagentur (awtorità regolatorja Ġermaniża) abbażi tal-Artikolu 22(4) tad-Direttiva 2003/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta' Ġunju 2003, rigward regoli komuni għas-suq intern fil-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 98/30/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 12, Vol. 2, p. 230).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

RWE Transgas a.s. għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

Ir-Repubblika Ċeka għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 297, 05.12.2009.