Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-25 ta’ Ottubru 2012 — Automobili Lamborghini vs UASI — Miura Martínez (Miura)
(Kawża T-191/11)
“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Miura — Trade marks nazzjonali verbali u internazzjonali figurattivi preċedenti MIURA — Drittijiet tad-difiża — Dritt għal smigħ — Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Notifika bil-posta ordinarja — Regola 62(1) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95”
1. Trade mark Komunitarja — Dispożizzjonijiet proċedurali — Deċiżjonijiet tal-Uffiċċju — Rispett tad-drittijiet tad-difiża — Portata tal-prinċipju (it-tieni sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009) (ara l-punt 20)
2. Trade mark Komunitarja — Dispożizzjonijiet proċedurali — Notifika — Notifika bil-posta regolari (Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95, Artikolu 1, Regola 62(1) sa (5)) (ara l-punti 23-36)
Suġġett
| Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-21 ta’ Jannar 2011 (Każ R 161/2010‑4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Eduardo Miura Martínez u Antonio José Miura Martínez, minn naħa, u Automobili Lamborghini Holding SpA, min-naħa l-oħra. |
Dispożittiv
1) | | Id-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-21 ta’ Jannar 2011 (Każ R 161/2010 4), hija annullata. |
2) | | L-UASI hija kkundannata għall-ispejjeż. |