Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta' Settembru 2012 - Wam Industriale vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-303/10) 

("Għajnuna mill-Istat - Stabbiliment ta' impriża f'ċerti Stati terzi - Self b'rata mnaqqsa - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment inkompatibbli mas-suq komuni u tordna l-irkupru tagħha - Deċiżjoni meħuda wara l-annullament mill-Qorti Ġenerali tad-deċiżjoni inizjali dwar l-istess proċedura - Eżekuzzjoni ta' sentenza tal-Qorti Ġenerali - Obbligu ta' motivazzjoni - Prinċipju ta' amministrazzjoni tajba - Dmir ta' diliġenza - Dmir ta' premura")

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Wam Industriale SpA (Modena, l-Italja) (rappreżentanti: G. M. Roberti u I. Perego, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci u D. Grespan, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/134/UE, tal-24 ta' Marzu 2010, dwar l-għajnuna mill-Istat C 4/03 (ex NN 102/02) implimentata mill-Italja favur Wam Spa (ĠU 2011, L 57, p. 29).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Wam Industriale SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 246, 11.09.2010