Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-8 ta’ Ottubru 2015 – DD vs FRA

(Kawżi magħquda F-106/13 u F-25/14) 1

(Servizz pubbliku – Persunal de la FRA – Membru tal-persunal temporanju – Rapport tal-iżvilupp tal-karriera – Appell intern – Akkużi ta’ diskriminazzjoni – Akkużi ta’ vittimizzazzjoni fis-sens tad-Direttiva 2000/43 – Investigazzjoni amministrattiva – Proċedura dixxiplinari – Sanzjoni dixxiplinari – Twissija – Artikoli 2, 3 u 11 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal – Xoljiment tal-kuntratt għal żmien indeterminat – Artikolu 47(c)(i) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg – Dritt għal smigħ – Artikolu 41(2)(a) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: DD (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) (rappreżentanti: M. Kjaerum, aġent, P. Jenkinson, avukat)

Suġġett tal-kawża

Kawża F-106/13: It-talba għall-anullament tad-deċiżjoni tad-Direttur tal-FRA li timponi sanzjoni dixxiplinari fil-forma ta’ twissija lir-rikorrent.

Kawża F-25/14 : It-talba għall-annullament tad-deċiżjoni li permezz tagħħa l-kuntratt tar-rikorrent ġie mitmum kif ukoll tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment tiegħu u t-talba għad-danni għad-dannu materjali u morali subit.DispożittivId-deċiżjoni tal-20 ta’ Frar 2013 li permezz tagħha d-Direttur tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali impona twissija fuq DD hija annullata.Id-deċiżjoni tat-13 ta’ Ġunju 2013 li permezz tagħha d-Direttur tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali xolja l-kuntratt bħala membru tal-persunal temporanju għal żmien indeterminat ta’ DD hija annullata.Il-kumplament tar-rikorsi fil-Kawżi magħquda F-106/13 u F-25/14 huma miċħuda.L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti minn DD.

____________

1 ĠU C 45 tal-15.2.14., p. 46 u ĠU 184 tas-16.6.2014., p. 43.