Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-16 ta' Lulju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden - L-Olanda) - Zuid-Chemie BV vs Philippo's Mineralenfabriek NV / SA

(Kawża C-189/08)1

"Kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili u kummerċjali - Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Kunċett tal-'post fejn l-effett tal-ħsara jkun twettaq'"

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Zuid-Chemie BV

Konvenuta: Philippo's Mineralenfabriek NV / SA

Suġġett

Interpretazzjoni tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta' Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali ("Brussell I") (ĠU 2001, L 12, p. 1) - Interpretazzjoni tal-kunċett tal-"post fejn l-effett tal-ħsara [l-avveniment dannuż] jkun twettaq jew jista' jitwettaq" - Il-post fejn l-avveniment dannuż ikun twettaq - Il-post tal-avveniment kawżattiv ("Handlungsort") u l-post fejn seħħet il-ħsara ("Erfolgsort") - Kriterji ta' rabta

Dispożittiv

L-Artikolu 5(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta' Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili, għandu jiġi interpretat fis-sens li fil-kuntest ta' kontestazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, il-frażi "post fejn l-effett tal-ħsara [l-avveniment dannuż] ikun twettaq" tirreferi għall-post fejn id-dannu inizjali seħħ minħabba l-użu normali tal-prodott għall-finijiet li għalihom huwa intiż.

____________

1 - ĠU C 183, 19.07.2008