Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta' Settembru 2012 - LIS vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-269/10) 

("Dumping - Importazzjoni ta' bozoz florexxenti elettroniċi kumpatti u integrati li joriġinaw miċ-Ċina - Talba għar-rimbors ta' dazji mħallsa - Artikolu 11(8) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 [li sar Artikolu 11(8) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009] - Kundizzjonijiet - Prova")

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: LIS GmbH Licht Impex Service (Mettmann, il-Ġermanja) (rappreżentanti: K.-P. Langenkamp, G. Hebrant u G. Holler, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. van Vliet u T. Maxian Rusche, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 2198 finali tal-Kummissjoni tat-12 ta' April 2010 dwar talbiet għar-rimbors ta' dazji antidumping imħallsa fuq l-importazzjoni ta' bozoz florexxenti elettroniċi kumpatti u integrati li joriġinaw miċ-Ċina.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

LIS GmbH Licht Impex Service hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 234, 28.08.2010.