Language of document : ECLI:EU:T:2012:212





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sebaʼ Awla) tat-3 taʼ Mejju 2012 — Conceria Kara vs UASI — Dima (KARRA)

(Kawża T-270/10)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti taʼ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali KARRA — Trade marks nazzjonali u Komunitarji figurattivi preċedenti Kara — Isem korporattiv Conceria Kara Srl u isem kummerċjali Kara — Raġunijiet relattivi għal rifjut — L-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 8 tal-Konvenzjoni taʼ Pariġi — Mala fide”

1.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju taʼ trade mark mhux irreġistrata jew taʼ sinjal ieħor li huwa użat fil-kummerċ — Kundizzjonijiet (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(4)) (ara l-punti 67, 68)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju taʼ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 73‑75)

Suġġett

Rikors għal annullament ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta’ Marzu 2010 (Każ R 1172/2009‑2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Conceria Kara Srl u Dima — Gida Tekstil Deri Insaat Maden Turizm Orman Urünleri Sanayi Ve Ticaret Ltd Sti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Conceria Kara Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.