Language of document :

Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Mejju 2024 – Serana Europe vs EUIPO – Cytogen Produkte für Medizin + Forschung (Amniogrow)

(Kawża T-249/24)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Serana Europe GmbH (Pessin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Bösling, avukat, u I. George, avukata)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Cytogen Produkte für Medizin + Forschung GmbH (Greven, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Amniogrow – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 567 544

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Marzu 2024 fil-Każ R 1705/2023-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tibdel id-deċiżjoni kkontestata b’tali mod li tiċħad l-oppożizzjoni mressqa minn Cytogen Produkte für Medizin + Forschung GmbH kontra l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Nru 18 567 544, “Amniogrow”, u tikkundanna lill-parti li ressqet l-appell quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż tal-proċedimenti quddiemu;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(4) ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 71 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________