Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Mejju 2024 – UV et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-253/24)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: UV, UW, UY u UZ (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tannulla d-deċiżjoni tat-28 ta’ Ġunju 2023 li tiċħad it-talbiet imressqa mir-rikorrenti fl-24 ta’ April 2023;
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni li tiċħad it-talbiet tagħhom intiżi għall-applikazzjoni tal-Artikoli 21 u 22 tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-età tal-irtirar tagħhom u tar-rata ta’ akkwiżizzjoni tad-drittijiet tagħhom għall-pensjoni, ir-rikorrenti jinvokaw motiv prinċipali u motiv sussidjarju li huma identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-131/24, CR vs Il-Kummissjoni.
____________