Language of document :

Rikors ippreżentat fis-9 ta' Novembru 2012 - Grupo Bimbo vs UASI (SANISSIMO)

(Kawża T-485/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Grupo Bimbo, SAB de CV (il-Messiku, il-Messiku) (rappreżentant: N. Fernández Fernández-Pacheco, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha, filwaqt li tieħu att tat-talba mressqa tagħha, kif ukoll tad-dokumenti prodotti magħha, tikkonstata l-preżentata, fit-termini stabbiliti u f'forma tajba u xierqa, ta' rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta' Awwissu 2012, mogħtija fil-Każ R 1218/2011-2 u, fi tmiem il-proċedura, tagħti sentenza li tannulla din id-deċiżjoni u li tikkundanna espressament lill-UASI għall-ispejjeż, u b'hekk tawtorizza r-reġistrazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja SANISSIMO taħt in-Nru 9.274.119 bħala fondata.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja li għaliha saret l-applikazzjoni: it-trade mark verbali "SANISSIMO", għal prodotti fil-klassijiet 29 u 30 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 274 119

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati:

-    ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009;

-    ksur tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009

____________