Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Ġunju 2014 – Golam vs UASI – Pentafarma (METABOL)

(Kawża T-486/12) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali METABOL – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti METABOL-MG – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sofia Golam (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: N. Trovas, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Pentafarma-Sociedade Tecnico-Medicinal, SA (Prior Velho, il-Portugall)

SuġġettRikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta’ Lulju 2012 (Każ R 1901/2011-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Pentafarma-Sociedade Tecnico-Medicinal, SA u Sofia Golam.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Sofia Golam hija kkundannata għall-ispejjeż.