Language of document : ECLI:EU:F:2015:148

SENTENZA TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU TAL-UNJONI EWROPEA
(Imħallef uniku)

10 ta’ Diċembru 2015

Kawża F‑17/15

Arnulf Jäger-Waldau

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Evalwazzjoni – Rapport ta’ evalwazzjoni – Talba għal emenda – Rifjut”

Suġġett:      Rikors, ippreżentat skont l-Artikolu 270 TFUE, applikabbli għat-Trattat KEEA skont tal-Artikolu 106a tiegħu, li permezz tiegħu A. Jäger-Waldau jitlob, essenzjalment, l-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2013 peress li fih sentenza li hu qed jikkontesta.

Deċiżjoni:      Ir-rikors huwa miċħud. A. Jäger-Waldau għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll l-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.

Sommarju

Uffiċjali – Evalwazzjoni – Rapport ta’ evalwazzjoni – Redazzjoni – Djalogu mal-evalwatur – Tul tal-intervista ta’ uffiċjal iqsar minn dak tal-intervisti ta’ kollegi oħra – Ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni – Assenza

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 43)

Fil-kuntest tal-istabbiliment tar-rapport ta’ evalwazzjoni ta’ uffiċjal, il-kontenut u għaldaqstant it-tul ta’ intervista mal-evalwatur jistgħu jvarjaw skont id-diffikultajiet ta’ kull każ li għandu jiġi eżaminat. F’dan ir-rigward, it-tul tal-intervista ta’ uffiċjal li l-prestazzjonijiet professjonali tiegħu jkunu qed jiġu evalwati b’mod pjuttost pożittiv mill-ġerarkija tiegħu ma jistax jiġi mqabbel ma dak tal-intervista ta’ uffiċjal li l-prestazzjonijiet tiegħu jqajjmu numru ta’ kwistjonijiet. Għalhekk, il-fatt li l-intervista ta’ uffiċjal iddum inqas fit-tul mill-intervisti tal-kollegi tiegħu ma tistax, waħida, turi l-eżistenza ta’ xi diskriminazzjoni kontra l-imsemmi uffiċjal.

(ara l-punti 29 u 30)

Referenza:

Il-Qorti tal-Prim’Istanza: Tribunal de première instance : is-sentenza tat-30 ta’ Novembru 2005, Vanlangendonck vs Il-Kummissjoni, T‑361/03, EU:T:2005:433, punt 39, u l-ġurisprudenza ċċitata