Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ Frar 2013 – Bojc Golob vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-74/11) 1

(Servizz pubbliku – Membru tal-persunal bil-kuntratt – Kuntratt għal żmien indeterminat - Rexissjoni)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Aleksandra Bojc Golob (Domžale, is-Slovenja) (rappreżentanti: S. Rodrigues, A. Blot u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Berscheid u D. Martin, aġenti)

Suġġett

Servizz pubbliku - Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità li għandha s-setgħa li tikkonkludi kuntratti, li ttemm il-kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat tar-rikorrenti.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Aleksandra Bojc Golob għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.