Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Imħallef wieħed) tat-18 ta’ Diċembru 2015 – De Nicola vs BEI

(Kawża F-55/13) 1

(Servizz Pubbliku – Persunal tal-BEI – Evalwazzjoni – Rapport ta’ evalwazzjoni 2011 – Illegalità tad-deċiżjoni tal-kumitat tal-appelli – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: L. Isola, avukat)

Konvenuta: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: G. Nuvoli u F. Martin, aġenti, A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett tal-kawża

It-talba għall-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tal-prestazzjonijiet tar-rikorrenti tas-sena 2011.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-kumitat tal-appelli tal-Bank Ewropew tal-Investimenti tat-18 ta’ Diċembru 2012 hija annullata.

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet marbuta mal-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tal-2011 u ta’ kull att koanness miegħu, konsekuttiv u preliminari.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Il-Bank Ewropew tal-Investimenti għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti minn M. De Nicola.

____________

1  ĠU C 226, 03.08.2013, p.26.