Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Szekszárdi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fil-15 ta’ Settembru 2014 – Jácint Gábor Balogh vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Dél-dunántúli Regionális Adó Főigazgatósága
(Kawża C-424/14)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Szekszárdi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Jácint Gábor Balogh
Konvenuta: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Dél-dunántúli Regionális Adó Főigazgatósága
Domandi preliminari
Il-prassi nazzjonali Ungeriża li timponi fuq persuna privata li ma tixtieqx twettaq attività suġġetta għat-taxxa fuq il-valur miżjud – u li ma taqbiżx il-limitu massimu għall-eżenzjoni – li tiddikjara din l-attività hija kompatibbli mal-obbligu ta’ dikjarazzjoni previst fl-Artikoli 213(1) u 214(1) tad-Direttiva tal-VAT 1 ?
L-awtorità fiskali tista’, waqt kontroll a posteriori, tissanzjona n-nuqqas ta’ dikjarazzjoni minkejja li l-limitu massimu għall-eżenzjoni ma nqabiżx?
L-awtorità fiskali tista’, waqt kontroll a posteriori, iċċaħħad lil persuna privata mis-setgħa deċiżjonali tagħha u, billi twarrab il-prinċipju ta’ proċedura ġusta, teskludi l-possibbiltà għal persuna taxxabbli li tagħżel l-eżenzjoni?
____________1 Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, ĠU L 347, p. 1.