Language of document : ECLI:EU:T:2016:7





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal-14 ta’ Jannar 2016 – Doux vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑434/13)

“Agrikoltura – Rifużjoni tal-esportazzjoni – Laħam tat-tjur – Regolament ta’ implementazzjoni li jistabbilixxi r-rifużjoni għal EUR 0 – Rikors għal annullament – Att regolatorju li ma jinkludix miżuri ta’ implementazzjoni – Interess dirett – Ammissibbiltà – Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 – Obbligu ta’ motivazzjoni – Artikolu 164(3) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 – Aspettattivi leġittimi”

1.                     Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Kunċett ta’ att regolatorju – Kull att ta’ portata ġenerali bl-eċċezzjoni tal-atti leġiżlattivi – Regolament tal-Kummissjoni li jistabbilixxi r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur – Inklużjoni (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Kummissjoni Nru 689/2013) (ara l-punti 32-34)

2.                     Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti regolatorji – Atti li ma jinkludux miżuri ta’ implementazzjoni u li jikkonċernaw lir-rikorrenti direttament – Kunċett ta’ interess dirett – Kriterji – Regolament tal-Kummissjoni li jistabbilixxi r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur – Rikors ta’ kumpannija attiva fl-esportazzjoni tat-tiġieġ iffriżat – Ammissibbiltà (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Kummissjoni Nru 689/2013) (ara l-punti 36-39)

3.                     Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti regolatorji – Atti li ma jinkludux miżuri ta’ implementazzjoni u li jikkonċernaw lir-rikorrenti direttament – Kunċett ta’ miżuri ta’ implementazzjoni – Azzjonijiet ġudizzjarji disponibbli kontra dawn l-atti (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 40-42)

4.                     Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti regolatorji – Atti li ma jinkludux miżuri ta’ implementazzjoni u li jikkonċernaw lir-rikorrenti direttament – Kunċett ta’ miżuri ta’ implementazzjoni – Kriterji – Regolament tal-Kummissjoni li jistabbilixxi għal EUR 0 l-ammont tar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur – Att li ma jinkludix miżuri ta’ implementazzjoni (ir-raba’ paragrafu tal-Artikoli 263 TFUE; Regolament tal-Kummissjoni Nru 689/2013) (ara l-punti 44-46, 54, 55, 59, 63-66)

5.                     Proċedura ġudizzjarja – Intervent – Motivi differenti minn dawk tal-parti li qed tiġi sostnuta – Ammissibbiltà – Kundizzjoni – Rabta mal-iskop tal-kawża (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 40 u 53; Regolament tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 116(3)) (ara l-punti 73, 74)

6.                     Proċedura ġudizzjarja – Intervent – Motivi differenti minn dawk tal-parti li qed tiġi sostnuta – Motivi li ma jistgħux jintrabtu ma’ dawk tal-parti prinċipali li qed tiġi sostnuta – Inammissibbiltà – Motivi ta’ ordni pubbliku – Eżami ex officio mill-qorti (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, ir-raba’ pargrafu tal-Artikolu 40 u Artikolu 53; Regolament tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 116(3)) (ara l-punti 77-80)

7.                     Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Eżerċizzju tal-kompetenzi – Setgħa ta’ implementazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni għall-adozzjoni ta’ atti ta’ implementazzjoni – Skrutinju minn kumitat kompost minn rappreżentanti tal-Istati Membri – Proċedura ta’ konsultazzjoni – Terminu għas-sottomissjoni ta’ abbozz ta’ att ta’ implementazzjoni – Possibbiltà ta’ deroga – Preżentazzjoni ta’ abbozz matul laqgħa tal-imsemmi kumitat – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet (Regolament Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 3(3); Regolament tal-Kunsill Nru 1234/2007, Artikolu 195) (ara l-punti 91, 92, 96, 97)

8.                     Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Eżerċizzju tal-kompetenzi – Setgħa ta’ implementazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni għall-adozzjoni ta’ atti ta’ implementazzjoni – Skrutinju minn kumitat kompost minn rappreżentanti tal-Istati Membri – Proċedura ta’ konsultazzjoni – Terminu għas-sejħa – Urġenza – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti (Regolament Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 3(3); Regolament tal-Kunsill Nru 1234/2007, Artikolu 195) (ara l-punt 117)

9.                     Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Eżerċizzju tal-kompetenzi – Setgħa ta’ implementazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni għall-adozzjoni ta’ atti ta’ implementazzjoni – Skrutinju minn kumitat kompost minn rappreżentanti tal-Istati Membri – Proċedura ta’ konsultazzjoni – Terminu għas-sottomissjoni ta’ abbozz ta’ att ta’ implementazzjoni – Nuqqas ta’ rikonoxximent – Konsegwenzi (Regolament Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, Artikolu 3(3)) (ara l-punti 129, 130)

10.                     Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjoni li ssegwi d-direzzjoni ta’ deċiżjonijiet preċedenti – Ammissibbiltà ta’ motivazzjoni sommarja – Deċiżjoni li tistabbilixxi l-ammont tar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni (Artikolu 296(2) TFUE) (ara l-punti 156, 157, 161, 163, 228, 230)

11.                     Agrikoltura – Organizzazzjoni komuni tas-swieq – Rifużjonijiet tal-esportazzjoni – Stabbiliment tal-ammonti – Stabbiliment tal-ammont għal EUR 0 għall-ewwel darba għall-prodotti kkonċernati – Ammissibbiltà (Regolament tal-Kunsill Nru 1234/2007, Artikolu 164(3); Regolament tal-Kummissjoni Nru 689/2013) (ara l-punti 178, 179)

12.                     Rikors għal annullament – Att ikkontestat – Evalwazzjoni tal-legalità fid-dawl tal-informazzjoni disponibbli fil-mument tal-adozzjoni tal-att (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 195, 340)

13.                     Agrikoltura – Organizzazzjoni komuni tas-swieq – Rifużjonijiet tal-esportazzjoni – Stabbilimenti tal-ammonti – Obbligu tal-Kummissjoni li tadotta regolament ġdid f’każ ta’ żamma tal-ammont stabbiliti preċedentement – Assenza (Regolament tal-Kunsill Nru 1234/2007, Artikolu 164(2)) (ara l-punti 199, 204)

14.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi – Limiti – Emenda tal-leġiżlazzjoni dwar organizzazzjoni komuni tas-swieq – Nuqqas ta’ żamma tal-iskema tar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni għal livell li jippermetti l-kompetittività tal-esportazzjonijiet – Assenza ta’ aspettattiva leġittima f’idejn l-operaturi attivi fis-setturi kkonċernati (Artikolu 39 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1234/2007, Artikolu 164(3)) (ara l-punti 240, 246, 247, 265)

15.                     Rikors għal annullament – Motivi – Ksur tal-aspettattivi leġittimi – Invokazzjoni, mill-operaturi ekonomiċi, ta’ aspettattiv leġittimu fiż-żamma ta’ sitwazzjoni eżistenti – Ċaħda (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 251-253, 255, 257)

16.                     Agrikoltura – Politika Agrikola Komuni – Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni – Portata – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti (Artikolu 40 TFUE sa 43 TFUE) (ara l-punt 269)

17.                     Agrikoltura – Organizzazzjoni komuni tas-swieq – Rifużjonijiet tal-esportazzjoni – Skop (Artikolu 39 TFUE) (ara l-punt 284)

18.                     Agrikoltura – Organizzazzjoni komuni tas-swieq – Rifużjonijiet tal-esportazzjoni – Stabbiliment tal-ammonti – Teħid inkunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni tas-suq – Kalkolu teoretiku bbażat fuq id-differenza bejn il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni u l-prezzijiet fis-suq dinji – Obbligu li tiġi kkunsidrata s-sitwazzjoni partikolari tal-impriżi li jesportaw – Assenza [Regolament tal-Kunsill Nru 1234/2007, Artikolu 164(3)(a)] (ara l-punti 289, 317, 328)

19.                     Agrikoltura – Organizzazzjoni komuni tas-swieq – Rifużjonijiet tal-esportazzjoni – Stabbiliment tal-ammonti – Teħid inkunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni tas-suq – Kalkolu teoretiku bbażat fuq id-differenza bejn il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni u l-prezzijiet fis-suq dinji – Obbligu ta’ ugwaljanza bejn l-ammont tar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni u r-riżultat tal-kalkolu teoretiku – Assenza [Regolament tal-Kunsill Nru 1234/2007, Artikolu 164(3)(a)] (ara l-punti 294-296)

20.                     Agrikoltura – Organizzazzjoni komuni tas-swieq – Rifużjonijiet tal-esportazzjoni – Stabbiliment tal-ammonti – Obbligu tal-Kummissjoni li tieħu inkunsiderazzjoni l-kriterji kollha previsti fl-Artikolu 164(3) tar-Regolament Nru 1234/2007 – Assenza (Regolament tal-Kunsill Nru 1234/2007, Artikolu 164(3)) (ara l-punt 354)

21.                     Agrikoltura – Organizzazzjoni komuni tas-swieq – Laħam tat-tjur – Rifużjonijiet tal-esportazzjoni – Stabbiliment tal-ammonti – Teħid inkunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni tas-suq – Possibbiltà tal-Kummissjoni li tieħu inkunsiderazzjoni l-ispiża tal-ikel tat-tjur fl-Unjoni [Regolament tal-Kunsill Nru 1234/2007, Artikolu 164(3)(a) u (b)] (ara l-punti 361, 362, 365)

22.                     Atti tal-istituzzjonijiet – Applikazzjoni ratione temporis – Dħul fis-seħħ immedjat – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet (Artikolu 297 TFUE; Regolament tal-Kummissjoni Nru 689/2013) (ara l-punti 378-380)

23.                     Rikors għal annullament – Motivi – Użu ħażin ta’ poter – Kunċett – Regolament tal-Kummissjoni li jistabbilixxi għal EUR 0 l-ammont tar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni sabiex jiġi żgurat l-ekwilibriju fis-suq tal-Unjoni – Assenza ta’ użu ħażin ta’ poter(Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1234/2007, Artikolu 164(3)) (ara l-punti 387, 390)

24.                     Agrikoltura – Organizzazzjoni komuni tas-swieq – Rifużjonijiet tal-esportazzjoni – Stabbiliment tal-ammonti – Teħid inkunsiderazzjoni tal-iskop li jiġi żgurat l-ekwilibirju fis-suq – Possibbiltà li l-Kummissjoni tieħu inkunsiderazzjoni n-numru mnaqqas tal-benefiċjarji potenzjali tar-rifużjonijiet [Regolament tal-Kunsill Nru 1234/2007, Artikolu 164(3)(b)] (ara l-punt 393)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 689/2013, tat-18 ta’ Lulju 2013, li jiffissa r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur (ĠU L 196, p. 13).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Doux SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

3)

Tilly-Sabco għandha tbati l-ispejjeż tagħha.