Language of document : ECLI:EU:T:2010:137





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ April 2010 – Esotrade vs UASI – Segura Sánchez (YoKaNa)

(Kawża T-103/06)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva YoKaNa – Trade marks Komunitarja u nazzjonali figurattivi preċedenti YOKONO – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh bejn is-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 34, 43)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-10 ta’ Jannar 2006 (Każ R 217/2004-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Antonio Segura Sánchez u Esotrade, SA.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Esotrade, SA

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark figurattiva YoKaNa għal prodotti fil-klassijiet 14, 18 u 25 – Applikazzjoni Nru 1600659

Proprjetarju tat-trade mark jew tas‑sinjal invokat insostenn tal‑oppożizzjoni:

Antonio Segura Sánchez

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Trade marks figurattivi Komunitarja u Spanjola YOKONO għal prodotti fil-klassijiet 25 (Nru 1099356) kif ukoll 18, 25 u 39 (Nru 336750)

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal‑Oppożizzjoni:

Oppożizzjoni milqugħa parzjalment u applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda għal ċerti prodotti fil‑klassijiet 18 u 25

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud


Dispożitiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-rikorrenti hija kkundannata għall-ispejjeż.