Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta' Ġunju 2012 - Hotel Reservation Service Robert Ragge vs UASI- Promotora Imperial (iHotel)

(Kawża T-277/11) 

"Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali iHotel - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti i-hotel - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Hotel Reservation Service Robert Ragge GmbH (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Koch u D. Hötte, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Promotora Imperial, SA (Pozuelo de Alarcón, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-24 ta' Frar 2011 (Każ R 832/2010-1), fir-rigward ta' proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Promotora Imperial, SA u Hotel Reservation Service Robert Ragge GmbH.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Hotel Reservation Service Robert Ragge GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-UASI.

____________

1 - ĠU C 238, 13.08.2011