Language of document :

Rikors ippreżentat fl-20 taʼ Marzu 2013 – Ben Ali vs Il-Kunsill

(Kawża T-166/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Mehdi Ben Tijani Ben Haj Hamda Ben Haj Hassen Ben Ali (Saint-Étienne-du-Rouvray, Franza) (rappreżentant : A. de Saint Remy, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tadotta miżura tal-organizzazzjoni tal-proċedura taħt l-Artikolu 64 tar-Regoli tal-Proċedura, intiża li tikseb mill-Kummissjoni li hija tiżvela “id-dokumenti kollha fir-rigward tal-adozzjoni” tar-regola kkontestata;

tannulla d-Deċiżjoni Nru 2012/50/PESK, tas-27 ta’ Jannar 2012, li testendi l-effetti tad-Deċiżjoni Nru 2011/72/PESK, tal-31 ta’ Jannar 2011, u tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni Nru 2011/79/PESK, tal-4 ta’ Frar 2011, skont liema ġiet istitwita għad-dannu ta’ Mehdi Ben Tijani Ben Haj Hamda Ben Haj Hassen BEN ALI sensiela ta’ miżuri restrittivi li jikkonsistu fl-iffriżar tal-fondi, assi u riżorsi ekonomiċi oħra kollha tiegħu;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jħallas lir-rikorrent somma totali ta’ EUR 50 000 bħala kumpens għad-danni differenti li huwa sofra;tikkundanna l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea li jħallas lir-rikorrent somma ta’ EUR 10 500 għall-ispejjeż tad-difiża tiegħu insostenn ta’ dan ir-rikors, minbarra l-ispejjeż li jistgħu jinġabru bħala spejjeż tad-difiża, skont l-Artikolu 91 tar-Regoli tal-Proċedura;tikkundanna l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha.Motivi u argumenti prinċipaliInsostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka seba’ motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-301/11, Ben Ali vs

Il-Kunsill  .