Language of document : ECLI:EU:T:2016:56





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tat-2 ta’ Frar 2016 – Benelli Q. J. vs UASI – Demharter (MOTO B)

(Kawża T‑169/13)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva MOTO B – Trade marks nazzjonali figurattivi mhux irreġistrati preċedenti MOTOBI – Raġuni relattiva għal rifjut  – Prova tar-reputazzjoni tat-trade marks mhux irreġistrati preċedenti – Artikolu 8(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Artikolu 6 a tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi – Provi ppreżentati insostenn tal-oppożizzjoni wara l-iskadenza tat-termini prefiss – Assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni – Setgħa diskrezzjonali tal-Bord tal-Appell – Dispożizzjoni kuntrarja – Ċirkustanzi li jopponu t-teħid inkunsiderazzjoni ta’ provi ġodda jew supplimentari – Artikolu 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009 – Regoli 19 u 20 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 – It-tielet inċiż tar-Regola 50(1) tar-Regolament Nru 2868/95 – L-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 – Obbligu ta’ motivazzjoni”

1.                     Trade mark Komunitarja – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni – Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali – Stħarriġ tal-legalità tad-deċiżjonijiet tal-Bordijiet tal-Appell – Eżami mill-ġdid taċ-ċirkustanzi ta’ fatti fid-dawl ta’ provi li ma tressqux qabel quddiem l-istanzi tal-Uffiċċju – Esklużjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65) (ara l-punt 23)

2.                     Trade mark Komunitarja – Dispożizzjonijiet proċedurali – Motivazzjoni tad-deċiżjonijiet – L-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 – Portata identika għal dik tal-Artikolu 296 TFUE – Użu ta’ motivazzjoni impliċita mill-Bord tal-Appell – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet (It-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE ; l-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament tal-Kunsill Nruº207/2009) (ara l-punti 31-33)

3.                     Trade mark Komunitarja – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Appell mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-Uffiċċju – Eżami mill-Bord tal-Appell – Portata – Fatti u provi mhux ippreżentati insostenn tal-oppożizzjoni fit-terminu impost għal dan il-għan – Teħid inkunsiderazzjoni – Setgħa diskrezzjonali tal-Bord tal-Appell – Assenza ta’ dispożizzjoni kuntrarja (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 76(2); Regoli 20(1) u 50(1) tal-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95 (ara l-punti 41-46)

4.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah li għandha reputazzjoni – Protezzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni estiża għal prodotti jew servizzi li ma jixxibhux – Kundizzjonijiet – Reputazzjoni tat-trade mark fl-Istat Membru jew fl-Unjoni – Kunċett – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(5) (ara l-punti 59, 60)

5.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-prorpjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew simili magħrufa sew fi Stat Membru – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Trade marks figurattivi MOTO B u MOTOBI [Regolment tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8( 1)(b) u 2(c)] (ara l-punti 74-83)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-16 ta’ Jannar 2013 (Każ R 95/2012-2), dwar proċedimenti ta’ opożizzjoni bejn Benelli Q. J. Srl u Demharter GmbH.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Benelli Q.Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.