Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 taʼ April 2013 – Performing Right Society vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-421/08) 1

(“Kompetizzjoni – Akkordji – Drittijiet tal-awtur dwar l-eżekuzzjoni lill-pubbliku ta’ xogħlijiet mużikali bl-internet, bis-satellita u bit-trażmissjoni mill-ġdid bil-cable – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE – Tqassim tas-suq ġeografiku – Ftehim bilaterali bejn is-soċjetajiet għall-amministrazzjoni kollettiva nazzjonali – Prattika miftiehma li teskludi l-possibbiltà li jingħataw liċenzji multiterritorjali u multirepertorjali – Prova – Preżunzjoni ta’ innoċenza”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Performing Right Society Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: J. Rivas Andrés, M. Nissen, avukati, u G. Eclair-Heath, solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u J. Bourke, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Sociedad General de Autores y Editores (SGAE) (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: R. Allendesalazar Corcho u R. Vallina Hoset, avukati)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: International Federation of the Phonographic Industry (IFPI) (Zurich, l-Isvizzera) (rappreżentanti: L. Uusitalo u L. Rechardt, avukati); RTL Group SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu); CLT-UFA (il-Lussemburgu); Music Choice Europe Ltd (Londra); ProSiebenSat.1 Media AG (Unterföhring, il-Ġermanja); Modern Times Group MTG AB (Stokkolma, l-Isveżja); Viasat Broadcasting UK Ltd (Londra); Verband Privater Rundfunk und Telemedien eV (VPRT) (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizzjalment minn M. Hansen, É. Barbier de La Serre, avukati, u O. Zafar, solicitor, sussegwentment minn M. Hansen, A. W. Weitbrecht, J. Ruiz Calzado, avukati, u J. Kallaugher, solicitor)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni C (2008) 3435 finali tal-Kummissjoni, tas-16 ta’ Lulju 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38698 – CISAC).DispożittivIt-talba għal miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura mressqa mill-Kummissjoni Ewropea hija miċħuda.L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni C (2008) 3435 finali tal-Kummissjoni, tas-16 ta’ Lulju 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38698 – CISAC), huwa annullat sa fejn jikkonċerna lil Performing Right Society Ltd.L-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni C (2008) 3435 finali hija annullata, sa fejn jirreferi għall-Artikolu 3 tagħha, sa fejn jikkonċerna lil Performing Right Society.Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.Performing Right Society għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha stess, għajr dawk marbuta mal-interventi insostenn tal-Kummissjoni.Is-Sociedad General de Autores y Editores (SGAE) għandha tbati nofs l-is

pejjeż tagħh

a.Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll nofs l-ispejjeż sostnuti minn Perfor

ming Right Society, għajr dawk marbuta mal-interventi insostenn tal-Kummissjoni, u nofs l-ispejjeż sostnuti mill-SGAE.L-International Federation of the Phonographic Industry (IFPI) għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti minn Perfo

rming Right Society u li huma marbuta mal-intervent tagħha.RTL Group SA, CLT-UFA, Music Choice Europe Ltd, ProSiebenSat.1 Media AG, Modern Times Group MTG AB,

Viasat Broadcasting UK Ltd u Verband P

rivater Rundfunk und Telemedien eV għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti minn Performing Right Society u li hu

ma marbuta mal-interventi tagħhom.