Language of document : ECLI:EU:T:2008:504





Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-14 ta’ Novembru 2008 – SACEM vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-422/08 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordna l-waqfien ta’ prattika miftiehma fil-qasam tal-ġestjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awtur – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza”


1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - “Fumus boni juris” - Urġenza - Natura kumulattiva - Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika (Artikoli 225(1) KE, 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 22-25)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Dannu finanzjarju (Artikoli 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 37, 38, 47, 51)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 3435 finali, tas-16 ta’ Lulju 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38.698 – CISAC).

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.