Language of document : ECLI:EU:T:2010:116





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-24 ta’ Marzu 2010 – Inter‑Nett 2000 vs UASI – Unión de Agricultores (HUNAGRO)

(Kawża T‑423/08)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva HUNAGRO – Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti UNIAGRO – Reġistrazzjoni rrifjutata parzjalment – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8 (1)(b) u Artikolu 12(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li saru l-Artikolu 8(1)(b) u l-Artikolu 12(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 18, 52)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-22 ta’ Lulju 2008 (Każ R 71/2008-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Unión de Agricultores, SA u Inter-Nett 2000 Kereskedelmi és Szolgáltató kft.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Inter-Nett 2000 Kereskedelmi és Szolgáltató kft (Inter-Nett 2000 kft)

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark figurattiva HUNAGRO għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 29, 31 u 35 – Applikazzjoni Nru 004508917

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Unión de Agricultores, SA

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Trade mark Komunitarja UNIAGRO għal prodotti fil-klassi 31

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal‑Oppożizzjoni:

Oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Inter-Nett 2000 Kereskedelmi és Szolgáltató kft (Inter-Nett 2000 kft) hija kkundannata għall-ispejjeż.