Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta' Marzu 2010 - Inter-Nett 2000 vs UASI - Unión de Agricultores (HUNAGRO)

(Kawża T-423/08) 1

"Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva HUNAGRO - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti UNIAGRO - Reġistrazzjoni rrifjutata parzjalment - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8 (1)(b), u Artikolu 12( a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li saru l-Artikolu 8(1)(b) u l-Artikolu 12(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]"

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrenti: Inter-Nett 2000 Kereskedelmi és Szolgáltató kft (Inter-Nett 2000 kft) (Mόr, l-Ungerija) (rappreżentant: E. Petruska, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment P. Sipos, sussegwentement P. Sipos u O. Montalto, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Unión de Agricultores, SA (El Ejido, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-22 ta' Lulju 2008 (Każ R 71/2008-2), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Unión de Agricultores, SA u Inter-Nett 2000 Kereskedelmi és Szolgáltató kft.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Inter-Nett 2000 Kereskedelmi és Szolgáltató kft (Inter-Nett 2000 kft) hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 313, 6.12.2008.