Language of document : ECLI:EU:T:2010:211





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tad-19 ta’ Mejju 2010 – Nexus Europe (Ireland) vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-424/08)

“Klawżola ta’ arbitraġġ – Il-ħames programm qafas għal azzjonijiet ta’ riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni – Proġett fuq it-tendenzi makroekonomiċi u urbani fis-soċjetà Ewropea tal-informazzjoni (Muteis) – Dannu li jirriżulta mit-tibdil ta’ kuntratt fir-rigward tas-sistema ta’ rimbors tal-ispejjeż inkorsi minn parteċipant fil-proġett”

Proċedura - Rikors għad-danni (Artikoli 225(1) KE, 235 KE, 238 KE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE) (ara l-punti 60, 61)

Suġġett

Talba għall-kumpens għad-danni li r-rikorrenti allegatament subiet minħabba li l-Kummissjoni kisbet ċerti tibdiliet tal-kuntratt Muteis IST‑2000‑30117, konkluż fil‑31 ta’ Ottubru 2001.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Neux Europe (Ireland) Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.