Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (il-Belġju) fit-2 ta’ Ottubru 2023 – Royal Football Club Seraing vs Fédération internationale de football association (FIFA), Union Royale Belge des Sociétés de Football Association (URBSFA), Union européenne des Sociétés de Football Association (UEFA)

(Kawża C-600/23, Royal Football Club Seraing)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Royal Football Club Seraing

Konvenuti: Fédération internationale de football association (FIFA), Union Royale Belge des Sociétés de Football Association (URBSFA), Union européenne des Sociétés de Football Association (UEFA)

Parti oħra: Doyens Sports Investment Ltd

Domandi preliminari

L-Artikolu 19(1) TUE, moqri flimkien mal-Artikolu 267 TFUE u mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, jipprekludi l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali bħall-Artikoli 24 u 1713(9) tal-Code judiciaire belge (il-Kodiċi Ġudizzjarju Belġjan), intiżi li jistabbilixxu l-prinċipju tal-awtorità ta’ res judicata, għal deċiżjoni ta’ arbitraġġ li l-konformità tagħha mad-dritt tal-Unjoni ġiet mistħarrġa minn qorti ta’ Stat li ma huwiex Stat Membru tal-Unjoni, liema qorti ma tistax tagħmel domanda lill-Qorti tal-Ġustizzja għal deċiżjoni preliminari?

L-Artikolu 19(1) TUE, moqri flimkien mal-Artikolu 267 TFUE u mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, jipprekludi l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li tagħti saħħa probatorja fir-rigward ta’ terzi, bla ħsara għall-prova kuntrarja li huma għandhom l-oneru jipproduċu, għal deċiżjoni ta’ arbitraġġ li l-konformità tagħha mad-dritt tal-Unjoni ġiet mistħarrġa minn qorti ta’ Stat li ma huwiex Stat Membru tal-Unjoni, liema qorti ma tistax tagħmel domanda lill-Qorti tal-Ġustizzja għal deċiżjoni preliminari?

____________