Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-25 ta’ April 2018 – X BV vs Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-288/18)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: X BV

Konvenut: Staatssecretaris van Financiën

Domanda preliminari

Is-subintestaturi 8528 51 00 u 8528 59 40 tan-Nomenklatura Magħquda (test fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-25 ta’ Ottubru 2013) għandhom jiġu interpretati fis-sens li pannelli ċatti ta’ kristalli likwidi (LCD) iddisinjati u mmanifatturati għar-riproduzzjoni ta’ data li toriġina minn magna awtomatika ta’ pproċessar ta’ data kif ukoll is-sinjali vidjow komposti li joriġinaw minn sorsi oħra, indipendentement mill-karatteristiċi l-oħra u proprjetajiet oġġettivi tal-monitor speċifiku, jiġu kklassifikati fis-subintestatura 8528 59 40 tan-NM jekk, minħabba d-daqs, il-piż u l-funzjonalità tagħhom, ma jkunux adegwati għax-xogħol ta’ prossimità? F’dan ir-rigward tkun rilevanti ċ-ċirkustanza li l-utent (il-qarrej) tat-tagħmir u l-persuna li tipproċessa u/jew tintroduċi d-data fil-magna awtomatika għall-ipproċessar tad-data jkunu l-istess persuna?

____________