Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék (l-Ungerija) fit-18 ta’ Jannar 2024 – ROSAS Logisztikai Kft. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

(Kawża C-33/24, ROSAS)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Törvényszék

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: ROSAS Logisztikai Kft.

Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága.

Domanda preliminari

L-Artikolu 173(3) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni 1 għandu jiġi interpretat bħala li jippermetti, wara r-rilaxx għal ċirkulazzjoni libera tal-merkanzija, rettifika ta’ dikjarazzjoni doganali, diġà ppreżentata u pproċessata, li tirrigwarda l-kwalità tad-dikjarant li inizjalment, minħabba żball klerikali, ġie ppreżentat bħala rappreżentant doganali indirett, u li għandha l-effett, minħabba l-modifika tal-kodiċi ta’ rappreżentazzjoni, li l-imsemmi dikjarant isir, a posteriori, rappreżentant dirett?

____________

1 ĠU 2013, L 269, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2013, L 287, p. 90, u fil-ĠU 2016, L 267, p. 2.