Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Mejju 2011 - Elf Aquitaine vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-299/08) 1

"Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-klorat tas-sodju - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Drittijiet tad-difiża - Obbligu ta' motivazzjoni - Prinċipju ta' individwalità tal-pieni u tas-sanzjonijiet - Prinċipju ta' legalità tal-pieni - Preżunzjoni ta' innoċenza - Prinċipju ta' amministrazzjoni tajba - Prinċipju ta' ċertezza legali - Użu ħażin ta' poter - Multi - Ċirkustanza aggravanti - Dissważjoni - Ċirkustanza attenwanti - Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva - Valur miżjud sinjifikattiv"

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Elf Aquitaine SA (Courbevoie, Franza) (rappreżentanti: É. Morgan de Rivery u S. Thibault-Liger, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: X. Lewis, É. Gippini Fournier u R. Sauer, aġenti)

Suġġett

Primarjament, talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 2626 finali, tal-11 ta' Ġunju 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) (Każ COMP/38.695 - Klorat tas-Sodju), sa fejn din tal-aħħar tikkonċernaha u, sussidjarjament, talba għall-annullament jew għat-tnaqqis tal-ammonti tal-multi imposti fuqha fl-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    Elf Aquitaine SA hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 272, 25.10.2008.