Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta' Marzu 2012 - Berliner Institut für Vergleichende Sozialforschung vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-296/08) 

("Għajnuna mħallsa fil-kuntest tal-programm INTI - Determinazzjoni tal-ammont li għandu jitħallas lill-benefiċjarju - Żbalji ta' evalwazzjoni")

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Berliner Institut für Vergleichende Sozialforschung eV (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment U. Claus, sussegwentement S. Reichmann u L. J. Schmidt, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: initizjalement B. Simon, sussegwentement S. Grünheid, aġenti, assistiti minn de R. Van der Hout, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-23 ta' Mejju 2008, dwar in-nuqqas ta' rikonoxximent parzjali tal-ispejjeż sostnuti mir-rikorrent fil-kuntest tal-ftehim ta' għotja JLS/2004/INTI/077.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-23 ta' Mejju 2008, dwar in-nuqqas ta' rikonoxximent parzjali tal-ispejjeż sostnuti minn Berliner Institut für Vergleichende Sozialforschung eV fil-kuntest tal-ftehim ta' għotja JLS/2004/INTI/077 hija annullata fir-rigward tal-ispejjeż relatati mal- intestaturi B 9, B 10, B 37, B 38 u G 5.

Berliner Institut für Vergleichende Sozialforschung għandha tbati żewġ terzi tal-ispejjeż tagħha u żewġ terzi tal-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati terz tal-ispejjeż tagħha u terz tal-ispejjeż sostnuti minn Berliner Institut für Vergleichende Sozialforschung.

____________

1 - ĠU C 247, 27.09.2008.