Language of document :

Rikors ippreżentat fil-31 ta' Lulju 2008 - Aldi vs UASI - Catalana de Telecomunicacions Societat Operadora de Xarxes (ALDI)

(Kawża T-298/08)

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Aldi GmbH & Co. KG (Mülheim an der Ruhr, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Lützenrath, U. Rademacher, L. Kolks u C. Fürsen, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Catalana de Telecomunicacions Societat Operadora de Xarxes, SA (Barċellona, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) ta' l-14 ta' Mejju 2008 fil-proċediment R 1301/2007-1;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "ALDI" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 35, 38 u 39 (talba Nru 3 360 914)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Catalana de Telecomunicacions Societat Operadora de Xarxes, SA

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: it-trade mark verbali Spanjola "ALPI" għal servizzi fil-klassi 38 (Reġistrazzjoni Nru 2 262 920), it-trade mark verbali Spanjola "ALPI" għal servizzi fil-klassi 39 (Reġistrazzjoni Nru 2 262 921) u t-trade mark verbali internazzjonali "ALPI" għal servizzi fil-klassijiet 37, 38, 39 u 42 (Reġistrazzjoni Nru 789 344); l-oppożizzjoni tagħmel riferiment għar-reġistrazzjoni għas-servizzi fil-klassi 38

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: laqgħet l-oppożizzjoni

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: ċaħdet ir-rikors

Motivi invokati: ksur ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/941, minħabba li ma jeżisti l-ebda riskju ta' konfużjoni bejn iż-żewġ trade marks kunfliġġenti

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 ta' l-20 ta' Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 11, p. 1).