Language of document :

Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Diċembru 2023 – Coswell vs EUIPO (Biorepair)

(Kawża T-1128/23)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Coswell SpA (Funo di Argelato, l-Italja) (rappreżentant: P. Lazzarino, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “Biorepair” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 690 186

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Settembru 2023 fil-Każ R 1234/2023-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________