Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Novembru 2018 – Landesbank Baden-Württemberg vs CRU

(Kawża T-14/17) 1

(Rikors għal annullament – Unjoni Ekonomika u Monetarja – Unjoni bankarja – Mekkaniżmu uniku ta’ riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ta’ ċerti impriżi ta’ investiment (SRM) – Fond uniku ta’ riżoluzzjoni (SRF) – Iffissar tal-kontribuzzjoni ex ante għas-sena 2016 – Terminu għall-preżentata ta’ rikors – Tardività – Inammissibbiltà manifesta)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Landesbank Baden-Württemberg il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Berger u K. Rübsamen, avukati)

Konvenut: Conseil de résolution unique (rappreżentanti: A. Martin-Ehlers, S. Raes, A. Kopp u T. Van Dyck, avukati)

Intervenjenti insostenn tal-kovenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Steiblytė u K. Ph. Wojcik, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u min-naħa l-waħda, intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-SRB fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu tal-15 ta’ April 2016 dwar il-kontribuzzjonijiet ex ante għas-sena 2016 għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB/ES/SRF/2016/06) u min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni tal-SRB fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu, tal-20 ta’ Mejju 2016, dwar l-aġġustament tal-kontribuzzjonijiet ex ante, għall-2016 għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni, bi tkomplija tad-deċiżjoni tal-SRB tal-15 ta’ April 2016 (SRB/ES/SRF/2016/13) sa fejn huma jikkonċernaw lir-rikorrenti.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

Landesbank Baden-Württemberg hija kkundannata tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll l-ispejjeż tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB).

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjes tagħha stess.

____________

1     ĠU C 63, 27.2.2017.