Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2019 – RK vs Il-Kunsill

(Kawża T-11/17) 1

(“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Artikolu 42c tar-Regolamenti tal-Persunal – Ħruġ fuq leave fl-interess tas-servizz – Ugwaljanza fit-trattament – Projbizzjoni tad-diskriminazzjoni bbażata fuq l-età – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Dritt għal smigħ – Dritt ta’ premura – Responsabbiltà”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: RK (rappreżentanti: inizjalment L. Levi u A. Tymen, sussegwentement L. Levi, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u R. Meyer, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-kovenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: A. Troupiotis u J. A. Steele, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni mhux datata tal-Kunsill dwar ħruġ fuq leave tar-rikorrenti fl-interess tas-servizz abbażi tal-Artikolu 42c tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea u, skont il-bżonn, tad-deċiżjoni tas-27 ta’ Settembru 2016 li tiċħad l-ilment ippreżentat mir-rikorrenti u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-dannu li allegatament ġarrbet ir-rikorrenti.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

RK għandha tbati 80 % tal-ispejjeż rispettivi tagħha.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu u 20 % tal-ispejjeż sostnuti minn RK.

Il-Parlament Ewropew għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.

____________

1     ĠU C 95, 27.3.2017.