Language of document : ECLI:EU:T:2018:812





Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tad-19 ta Novembru 2018 – Landesbank Baden-Württemberg vs CRU

(Kawża T14/17)

“Rikors għal annullament - Unjoni Ekonomika u Monetarja - Unjoni bankarja - Mekkaniżmu uniku ta’ riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ta’ ċerti impriżi ta’ investiment (SRM) - Fond uniku ta’ riżoluzzjoni (SRF) - Iffissar tal-kontribuzzjoni ex ante għas-sena 2016 - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Tardività - Inammissibbiltà manifesta”

1.      Rikors għal annullament – Termini – Bidu tad-dekorrenza – Att li mhux pubbliku u li lanqas ġie nnotifikat lir-rikorrent – Konoxxenza eżatta tal-kontenut u tal-motivi – Obbligu li jintalab it-test sħiħ tal-att fterminu raġonevoli ladarba l-eżistenza tiegħu ssir magħrufa – Osservanza ta terminu raġonevoli – Kriterji ta evalwazzjoni

(is-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE)

(ara l-punti 35, 44-46, 51)

2.      Atti tal-istituzzjonijiet – Obbligu ġenerali li d-destinatarji jiġu informati dwar ir-rimedji ġudizzjarji u t-termini – Assenza

(Ir-raba u s-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE)

(ara l-punt 41)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u min-naħa l-waħda, intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-SRB fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu tal-15 ta’ April 2016 dwar il-kontribuzzjonijiet ex ante għas-sena 2016 għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB/ES/SRF/2016/06) u min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni tal-SRB fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu, tal-20 ta’ Mejju 2016, dwar l-aġġustament tal-kontribuzzjonijiet ex ante, għall-2016 għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni, bi tkomplija tad-deċiżjoni tal-SRB tal-15 ta’ April 2016 (SRB/ES/SRF/2016/13) sa fejn huma jikkonċernaw lir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

2)

Landesbank Baden-Württemberg hija kkundannata tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll l-ispejjeż tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB).

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjes tagħha stess.