Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Mejju 2011 - Consejo Regulador de la Denominación de Origen Txakoli de Álava et vs UASI (TXAKOLI)

(Kawża T-341/09) 1

"Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja kollettiva verbali TXAKOLI - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 66(2) tar-Regolament Nru 207/2009 - Nuqqas ta' karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009"

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Consejo Regulador de la Denominación de Origen Txakoli de Álava (Amurrio, Spanja); Consejo Regulador de la Denominación de Origen Txakoli de Bizkaia (Leioa, Spanja); u Consejo Regulador de la Denominación de Origen Txakoli de Getaria (Getaria, Spanja) (rappreżentanti: J. Grimau Muñoz u J. Villamor Muguerza, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-4 ta' Ġunju 2009 (Każ R 197/2009-2), li tikkonċerna applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali TXAKOLI bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    Il-Consejo Regulador de la Denominación de Origen Txakoli de Álava, il-Consejo Regulador de la Denominación de Origen Txakoli de Bizkaia u l-Consejo Regulador de la Denominación de Origen Txakoli de Getaria huma kkundannati għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 256, 24.10.2009.