Language of document :

Rikors ippreżentat fit-28 ta' Awwissu 2009 - Bard vs UASI - Braun Melsungen (PERFIX)

(Kawża T-342/09)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: C.R. Bard, Inc. (Murray Hill, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: A. Bryson, Barrister, O. Bray, A. Hobson u G. Warren, Solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: B. Braun Melsungen AG (Melsungen, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-4 ta' Ġunju 2009 fil-Każ R 1577/2007-5; u

tikkundanna lill-konvenut u/jew lill-parti l-oħra għall-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali "PERFIX", għal prodotti fil-klassi 10

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra għall-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-reġistrazzjoni bħala trade mark Ġermaniża tat-trade mark verbali "PERIFIX" għal prodotti fil-klassi 10; Reġistrazzjoni bħala trade mark internazzjonali tat-trademark verbali "PERIFIX" għal prodotti fil-klassi 10

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Deċiżjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill 207/2009) peress li l-Bord tal-Appell iddeċieda b'mod żbaljat li kien hemm possibbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati.

____________