Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fis-6 ta’ Ottubru 2023 – Dyrektor Krajowej Informacji Skarbowej vs P. S.A.

(Kawża C-615/23, Dyrektor Krajowej Informacji Skarbowej)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Dyrektor Krajowej Informacji Skarbowej

Konvenut: P. S.A.

Domanda preliminari

L’Artikolu 73 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li kumpens, bħal dak deskritt fit-talba għal deċiżjoni tat-taxxa bil-quddiem, mogħti lil entità distinta (operatur) minn awtorità lokali għall-provvista ta’ servizzi ta’ trasport pubbliku, huwa inkluż fl-ammont taxxabbli previst f’din id-dispożizzjoni?

____________

1     ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.