Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ April 2016 – Jääkiekon SM-liiga vs EUIPO (Liiga)

(Kawża T-54/15) 1

[“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Liiga – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Karattru deskrittiv – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) u (c) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Jääkiekon SM-liiga Oy (Helsinki, il-Finlandja) (rappreżentant: L. Laaksonen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (rappreżentant: A. Schifko u E. Śliwińska, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-1 ta’ Diċembru 2014 (Każ R 576/2014-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv Liiga bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Jääkiekon SM-liiga Oy hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 107, 30.3.2015.