Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ottubru 2013 – Il-Kummissjoni vs Moschonaki

(Kawża T-476/11 P)1

(“Appell – Servizz pubbliku – Uffiċjali – Avviż ta’ pożizzjoni vakanti – Ċaħda ta’ kandidatura – Rikors għal annullament – Interess ġuridiku – Ammissibbiltà – Regola ta’ qbil bejn ir-rikors u l-ilment – Artikolu 91(2) tar-Regolamenti tal-Persunal – Rikors għad-danni”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: Chrysanthe Moschonaki (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: N. Lhoëst, avukat)

Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrenti : Il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Kennedy u I. Ní Riagáin Düro, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2011, AS vs Il-Kummissjoni (F-55/10, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

1)    Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2011, AS vs Il-Kummissjoni (F-55/10, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra) hija annullata sa fejn din tiddikjara ammissibbli l-motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 7 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, sa fejn din tannulla d-deċiżjoni tat-30 ta’ Settembru 2009 li biha l-Kummissjoni Ewropea ċaħdet il-kandidatura ta’ Chrysanthe Moschonaki abbażi ta’ dan il-motiv, kif ukoll sa fejn din tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lil C. Moschonaki s-somma ta’ EUR 3 000.

2)    Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.

3)    Il-kawża hija rrinvijata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.

4)    L-ispejjeż jibqgħu irriżervati.

____________

1 ĠU C 319, 29.10.2011.