Language of document : ECLI:EU:T:2013:491

DIGRIET TAL-QORTI ĠENERALI (Awla tal-Appell)

11 ta’ Settembru 2013

Kawża T‑475/11 P

Luigi Marcuccio

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Appell – Servizz pubbliku – Rimbors ta’ spejjeż li jistgħu jinġabru – Assenza ta’ interess ġuridiku – Appell manifestament inammissibbli”

Suġġett:      Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Ġunju 2011, Marcuccio vs Il‑Kummissjoni (F‑67/10), u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.

Deċiżjoni:      L-appell huwa miċħud. Luigi Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

Sommarju

Appell – Interess ġuridiku – Kundizzjoni – Appell li jista’ jkun ta’ benefiċċju għall-parti li ppreżentatu

L-eżistenza ta’ interess ġuridiku fi ħdan l-appellant tippreżupponi li l-appell jista’, bl-eżitu tiegħu, ikun ta’ benefiċċju għall-appellant.

(ara l-punt 13)

Referenza:

Il-Qorti tal-Ġustizzja: 19 ta’ Ottubru 1995, Rendo et vs Il‑Kummissjoni, C‑19/93 P, Ġabra p. I‑3319, punt 13; I 13 ta’ Lulju 2000, Il-Parlament vs Richard, C‑174/99 P, Ġabra p. I‑6189, punt 33; 19 ta’ Jannar 2006, Audi vs UASI, C‑82/04 P, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra, punt 20