Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy dla Warszawy Śródmieścia w Warszawie (il-Polonja) fit-23 ta' Lulju 2009 - Artur Weryński vs Mediatel 4B Spółka z ograniczoną odpowiedzialnością

(Kawża C-283/09)

Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy dla Warszawy Śródmieścia w Warszawie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Artur Weryński

Konvenut: Mediatel 4B Spółka

Domanda preliminari

Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001, tat-28 ta' Mejju 2001, dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta' xhieda f'materji ċivili jew kummerċjali, il-qorti rikjesta għandha d-dritt titlob lill-qorti rikjedenti somma flus bil-quddiem sabiex tkopri l-indennizz jew ir-rimbors tal-indennizz dovut lix-xhud li jkun xehed1, jew għandha tkopri dan l-indennizz bir-riżorsi finanzjarji tagħha stess?

____________

1 - ĠU 2001 L 174, p. 1.