Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy Katowice – Wschód w Katowicach (il-Polonja) fis-27 ta’ Novembru 2023 – M. sp. z o.o. I. SKA vs R. W.

(Kawża C-725/23, Tusnia 1 )

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy Katowice – Wschód w Katowicach

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: M. sp. z o.o. I. SKA

Konvenut: R. W.

Domanda preliminari

Il-punt 8 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/7/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tard fi transazzjonijiet kummerċjali (tfassil mill-ġdid) 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li jkopri wkoll, minbarra l-ammont prinċipali mħallas inkambju tal-prestazzjoni karatteristika tar-relazzjoni kuntrattwali inkwistjoni li twassal għall-forniment ta’ prodotti jew il-provvista ta’ servizzi, ir-rimbors tal-ispejjeż sostnuti fil-kuntest tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt li d-debitur kien impenja ruħu kuntrattwalment li jħallas?

____________

1     L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.

1     ĠU 2011, L 48, p. 1.