Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Diċembru 2007 - L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-308/05)1

("Fondi Strutturali - Kofinanzjar - Regolamenti (KE) Nru 1260/1999 u Nru 1685/2000 - Kundizzjonijiet għall-eliġibbiltà ta' ħlasijiet akkont magħmula minn korpi nazzjonali fil-kuntest ta' skemi ta' għajnuna mill-Istat jew b'relazzjoni ma' l-għoti ta' għajnuna - Prova ta' l-użu tal-fondi mid-destinatarji finali - Rikors għal annullament - Att li jista' jiġi kkontestat")

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: inizjalment A. Cingolo, u sussegwentement P. Gentili, avvocati dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: L. Flynn u M. Velardo, aġenti, assistiti minn G. Faedo, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet li allegatament jinsabu fl-ittri tal-Kummissjoni Nru 5272, tas-7 ta' Ġunju 2005, Nru 5453, tat-8 ta' Ġunju 2005, Nri 5726 u 5728, tas-17 ta' Ġunju 2005, u Nru 5952, tat-23 ta' Ġunju 2005.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ir-Repubblika Taljana għandha tbati l-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 257 15.10.2005.