Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta' Settembru 2010 - Il-Kummissjoni vs Alexiadou

(Kawża T-312/05) 1

"Klawżola ta' arbitraġġ - Kuntratt li jikkonċerna proġett għal żvilupp ta' teknoloġija għall-produzzjoni ta' ġlud impermeabbli - Nuqqas ta' eżekuzzjoni ta' kuntratt - Rimbors tal-ammonti mħallsa - Interessi moratorji - Rinviju lill-Qorti Ġenerali wara annullament - Proċedura fil-kontumaċja"

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: D. Triantafyllou, aġent)

Konvenuta: Efrosyni Alexiadou (Thessaloniki, il-Greċja) (rappreżentant: C. Matellas, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat mill-Kummissjoni taħt l-Artikolu 238 KE intiż li jikseb ir-rimbors tal-ammont ta' EUR 23 036.31 mħallsa minn din tal-aħħar lill-konvenuta fil-kuntest ta' kuntratt li jikkonċerna proġett għal żvilupp ta' teknoloġija maħsuba għall-produzzjoni ta' ġlud impermeabbli (Kuntratt G1ST-CT-2002-50227), flimkien mal-interessi moratorji.

Dispożittiv

Efrosyni Alexiadou hija kkundannata tirrimborsa lill-Kummissjoni Ewropea l-ammont ta' EUR 23 036.31, flimkien mal-interessi moratorji:

-    bir-rata ta' 5.25 % fis-sena, li tibda tgħodd mill-1 ta' Marzu 2003 sal-31 ta' Awwissu 2005;

-    bir-rata legali annwali applikabbli skont il-liġi Belġjana, b'rata ta' mhux iktar minn 5.25 % fis-sena, li tibda tgħodd mill-1 ta' Settembru 2005 sa meta d-dejn jitħallas kollu

Efrosyni Alexiadou hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 271, 29.10.2005